Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Iklin, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:15 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied, l-Iklin.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li mbgħad ħaditu l-istpar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.