Anzjan ta’ 64 sena mill-Għarb indarab gravi wara ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ vettura tal-għamla Maruti Gypsy li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena mix-Xagħra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu, fi Triq Manwel Dimech fir-Rabat Għawdex.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-anzjan l-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.