Rumen ta’ 31 sena li joqgħod in-Naxxar ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-mutur tal-għamla Honda ADV li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.