Raġel ta’ 41 sena mill-Mellieħa ndarab gravi wara li skidja bil-mutur tal-għamla Suzuki li kien qed isuq u ħabat ma’ karozza tat-tip Opel Meriva li kien qed tinstaq minn anzjan ta’ 70 sena minn Ħal Balzan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45am fi Triq Selmun il-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija tad-Distrett dwar il-każ għadhom għaddejjin.