Taljan ta’ 25 sena, li joqgħod il-Fgura ndarab gravi, wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Yamaha li kien qed isuq, ma’ karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 24 minn Raħal il-Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fi Triq is-Sur, il-Fgura.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett.