Sewwieq ta’ mutur ta’ 31 sena, li joqgħod Wied il-Għajn, ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur, b’konsegwenza li dan waqa’ minn fuq il-mutur.
Il-mutur baqa’ jitkaxkar u ħabat ma’ karozza tal-għamla Peugeot li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena mill-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu, fi Triq Santa Duminka, Ħaż-Żabbar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.