Taljan ta’ 42 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ, indarab gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ vann tal-għamla Isuzu Elf, li kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Ħammieri, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.