Sewwieq ta’ mutur ta’ 51 sena minn San Pawl il-Baħar, ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Nissan March, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 tal-bieraħ waranofsinhar, fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.