Raġel ta’ 68 minn Tas-Sliema ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Honda li kien qed isuq, ma’ karozza tat-tip Citroen, li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 33 sena li joqgħod Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar fi Triq Blanche Huber f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.