Raġel ta’ 50, li joqgħod l-Imġarr ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Nissan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar, fi Triq l-Għajn Tuffieħa l-Imġarr.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għadddejjin.