Raġel ta’ 32 sena minn Ħal Tarxien, indarab gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq maż karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena mill-Għargħur.
L-inċident seħħ fis-6:30 ta’ dalgħodu, fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.