Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-13:15 fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Pembroke, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Opel Astra meta għal xi raġuni laqat mutur tal-għamla Peugeot Tweet, li kien qiegħed jiġi misjuq minn raġel ta’ 44 sena minn Ħamrun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.