Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta u kwart fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun, innota li kien hemm inċident tat-traffiku.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 50 sena li jgħix il-Marsa kien qiegħed isuq mutur Junak 806, tilef il-kontroll u waqa’.
Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li ndarab gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.