Sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena miż-Żejtun ġarrab ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid l-Erbgħa filgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 am fi Triq Ħal Tarxien meta l-mutur tat-tip Kymco misjuq mill-vittma ħabat ma’ Peugeot misjuqa minn raħel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-vittma għall-kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.