Ħabta bejn vettura tat-tip Hino misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti s-Siġġiewi u mutur tat-tip Kymco Downtown misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Floriana seħħet għall-ħabta tal-15.45 fi Triq l-Imqabba fis-Siġġiewi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post kif ukoll issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.