Sewwieq ta’ mutur ta’ 36 sena min-Naxxar indarab gravi filwaqt li sewwieq ieħor ta’ mutur, raġel ta’ 35 sena minn Ta’ Xbiex indarab ħafif f’inċident f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 36 sena min-Naxxar u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 35 sena minn Ta’ Xbiex.
Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard ir-raġel ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li x-xufier l-ieħor kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.