Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Clarence, l-Imsida.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kienet seħħet kollużjoni bejn mutur u karozza. Raġel ta’ 38 sena residenti l-Ħamrun safa’ milqut minn vettura tat-tip Toyota IST misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.