Raġel ta’ 48 sena mix-Xagħra, Għawdex, ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fix-Xagħra f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Sqaq San Marzjan, ix-Xagħra, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Sym, misjuq mill-vittma, u vettura Mitsubishi, misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti x-Xagħra, Għawdex ukoll.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.