Sewwieq ta’ mutur ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-taffiku fil-Gudja.
Il-każ seħħ illum, għal xi d-disgħa ta’ filgħodu fi Triq Dawret il-Gudja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar u Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 22 sena minn Ħal Għargħur.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.