Sewwieq ta’ mutur ta’ tmienja u għoxrin sena li jgħix f’San Pawl il-Baħar weġġa’ b’mod gravi wara inċident tat-traffiku.
L-ewwel indikazzjonijiet jidru li huwa tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs il-Ħamis filgħodu fi Triq il-Kosta. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq dan il-każ.