Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Yamaha GDP125, li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Fiat Punto li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 82 sena minn Ta’ Xbiex.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar tal-bieraħ fi Triq Birżebbuġa f’Birżebbuġa.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.