Raġel ta’ 35 sena minn Ħal Għaxaq indarab gravi wara inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu fi Triq Tal-Barrani.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mill-Fgura, u mutur Suzuki GSX-R misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.