Raġel ta’ 30 sena minn Marsaxlokk indarab gravi wara li kien involutt f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Triq Marsaxlokk, meta seħħet ħabta bejn mutur, misjuq mill-vittma, u vettura ta’ tip Nissan misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żejtun.
Fin-Nissan kien hemm ukoll mara ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun.
Fuq il-post immedjatament wasal tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lix-xufier tal-mutur.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.