Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u nofs fi Triq il-Belt Valletta, r-Rabat.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 30 sena mill-Mosta, tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha u waqa’.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.