Raġel ta’ 57 sena minn San Ġwann ndarab gravi f’inċident bil-mutur fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu fi Triq Margaret A. Murray, in-Naxxar.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vauxhall Mokka misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.