Bulgaru ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi, ndarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Selmun, il-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u waqa’.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.