Raġel ta’ 44 sena miż-Żejtun indarab gravi f’inċident bil-mutur fil-Fgura.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq Hompesch, il-Fgura.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħ impatt bejn mutur Honda misjuq mir-raġel midrub u karozza Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 59 sena li jgħix il-Fgura.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.