Raġel ta’ 30 sena minn San Pawl il-Baħar indarab gravi f’inċident bil-mutur fil-Belt.
Il-każ seħħ illbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija b’inċident f’Misraħ l-Assedju l-Kbir, il-Belt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 30 sena u residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Piaggio, u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.