Raġel ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar ndarab gravi wara inċident bil-mutur f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-kwarta fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel ta’ 28 sena, residenti San Pawl il-Baħar waqa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur Honda VT600 u weġġa’.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.