Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu fi Triq San’Anard, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Peugeot misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti Raħal Ġdid u vettura tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.