Sewwieq tal-mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq L-Ewwel Titjira 1915.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Wied il-Għajn u Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Safi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.