Sewwieq ta’ mutur indarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajn Tuffieħa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Għajn Tuffieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti n-Naxxar kien qiegħed isuq mutur Kawazaki, tilef il-kontroll u ħabat ma’ barikati tal-konkos.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.