Sewwieq ta’ mutur idaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Dawret Ħal-Għaxaq f’Ħal-Għaxaq stess.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku fejn ħadu s-sewwieq l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.