Sewwieq ta’ mutur ta’ 23 sena mill-Mellieħa jsofri minn ġrieħi gravi wara ħabta ma’ vettura.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-8.45 fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-ħabta saret bejn mutur tal-għamla Honda li kien qed isuq il-vittma ma’ vettura Toyota CH-R misquja minn mara ta’ 45 mill-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Ispar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw dan il-każ.