Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena minn Santa Venera ddaħħal l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku f’Santa Venera stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera. L-inċident seħħ wara ħabta bejn il-mutur misjuq mir-raġel minn Santa Venera u karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mill-Imsida.
Fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku, li ħadu lir-raġel minn Santa Venera l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.