Raġel ta’ 47 sena minn Ħal Qormi, indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura, li allegatament telqet minn fuq il-post, waqt li l-vittma kien qed isuq mutur tal-għamla Piaggio Sfera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Kbira, Ħal Lija.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.