Raġel barrani, li n-nazzjonalità tiegħu għadha mhux magħrufa, ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid.
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll tal-mutur, li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ ħajt.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei minn tim mediku u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.