Sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li seħħ inċident ma’ tliet vetturi f’Santa Venera.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq Reġjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post mar ukoll tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.