Indjan ta’ 29 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li nqaleb bil-mutur.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.