Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija Għawdex weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tat-Tnejn filgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Peugeot Tweet li kien qiegħed isuq u waqa’.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.