Sewwieq ta’ mutur ta’ 48 sena minn Ħ’Attard weġġa’ gravi wara ħabta f’birkirkara.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq Notabile.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq u Suzuki Carry misjuq minn anzjan ta’ 77 sena residenti Ħal Balzan.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

