Raġel min-Nepal ta’ 22 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur ma’ karozza fil-Gżira.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Huwa mifhmum illi l-inċident seħħ bejn karozza Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 24 sena li tgħix il-Kalkara u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.