Kroat ta’ 34 sena, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ, seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq Sant’Antnin, kantuniera ma’ Triq il-Wied, Wied il-Għajn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-ħabta seħħet bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-Kroat ta’ 34 sena, u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 72 sena, residenti f’Birżebbuġa.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.