Sewwieq ta’ mutur ta’ 29 sena li jgħix Birżebbuġa weġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu, fi Triq l-Annunzjata, Ħal Tarxien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 47 sena minn Ħal Tarxien u mutur misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.