Sewwieq ta’ mutur ta’ 34 sena minn Ħal Qormi weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 fi Triq San Franġisk.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li membri tagħha marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u karozza, misjuqa minn mara ta’ 35 sena minn Ħal Tarxien.
Fuq il-post mar tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.