Raġel fuq mutur ta’ 31 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Pantar, Ħal Lija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, u l-ħabta seħħet bejn Isuzu ELF, misjuq minn raġel ta’ 28 sena u mutur tat-tip Honda misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed lejn l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L_investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.