Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll u waqa’ f’Ta’ Qali.
L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu fi Vjal l-Istadium Nazzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku, li dawn tal-aħħar ħadu lir-raġel l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.