Raġel ta’ 27 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara inċident bejn mutur u karozza fin-Naxxar.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar fi Triq San Pawl in-Naxxar.
Fuq il-post marru l-pulizija li mill-ewwel stħarriġ tagħha rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip Honda misjuq mir-raġel ta’ 27 sena ma’ karozza tat-tip Nissan misjuqa minn mara ta’ 34 sena min-Naxxar.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.