Filandiż ta’ 31 sena li jgħix l-Imrieħel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.
L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tad-9:45 ta’ filgħodu, hekk kif kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip KTM misjuq mill-Filandiż u karozza Volkswagen Golf, misjuqa minn raġel ta’ 22 sena li jgħix Ħal Għaxaq.
Fuq il-post mar tim mediku sabiex jassisti lir-raġel.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.