Sewwieq ta’ mutur ta’ 38 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Fleur De Lys.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ġrat ħabta bejn mutur u karozza, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena li jgħix il-Fgura.
Fuq il-post mar tim mediku u s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.